L-elezzjonijiet Ewropej fl-2024 saru mill-Ħamis sal-Ħadd, 6 - 9 ta’ Ġunju.
Miljuni ta’ nies fl-UE kollha jitfgħu l-vot tagħhom biex jagħżlu min se jirrappreżentahom fil-Parlament Ewropew, l-unika assemblea transnazzjonali eletta direttament fid-dinja.
X’jiġri wara l-elezzjonijiet
Fil-ġimgħat u x-xhur wara l-elezzjonijiet, il-Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) li għadhom kif ġew eletti jeleġġu t-tmexxija l-ġdida tagħhom u jerġgħu jibdew jaħdmu fuq leġiżlazzjoni li ma ntemmitx fil-leġiżlatura 2019-2024.
L-MEPs jivvutaw ukoll biex jeleġġu l-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, propost mill-mexxejja tal-pajjiżi tal-UE, u japprovaw il-Kulleġġ tal-Kummissarji kollu. Il-Kummissjoni Ewropea l-ġdida mbagħad tinħatar mill-Kunsill Ewropew.
![alt=""](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-10/Getty%20ballots%20with%20copyright.png?itok=yo0qc72y)
Ara r-riżultati tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 u dawk preċedenti
![alt=""](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-10/Adobe%20microphone%20with%20copyright.png?itok=xuXrEfay)
Elezzjonijiet u ħatriet għall-istituzzjonijiet tal-UE
![alt=""](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-10/hemicycle.jpg?itok=99qwgJVL)
Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-Parlament, il-membri tiegħu u l-elezzjonijiet
X’jiddeċiedi l-vot tiegħek
L-elezzjonijiet Ewropej isiru kull ħames snin biex jiġu eletti l-Membri tiegħek tal-Parlament Ewropew. Dawn ir-rappreżentanti jirrappreżentaw l-interessi tiegħek u jistgħu jsawru u jiddeċiedu dwar leġiżlazzjoni ġdida tal-UE. Huma jivvutaw ukoll dwar ftehimiet kummerċjali ġodda, jiskrutinizzaw l-istituzzjonijiet tal-UE u kif jintefqu l-flus tal-kontribwenti.
![alt=""](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-10/solar.jpg?itok=FcTd2xrM)
Skopri dwar il-fondi tal-UE fir-reġjun tiegħek u kif l-UE ttejjeb il-ħajja tiegħek ta’ kuljum
![alt=""](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/public/2023-10/ngeu%20banner.jpg?itok=Mzbry7DP)
Il-progress miksub fil-prijoritajiet ewlenin tal-UE mill-2019 ’l hawn
![Symbolic 2018](/sites/default/files/styles/oe_theme_ratio_3_2_medium/avportal/P-039095/00-05.jpg?itok=gGcGbx7j)
Il-mexxejja tal-UE qed jiddiskutu d-direzzjoni u l-għanijiet tal-UE għall-ħames snin li ġejjin.
Għaliex il-votazzjoni hi importanti
Il-Parlament Ewropew mexxa kampanja ta’ informazzjoni pubblika msejħa “Uża l-vot tiegħek jew oħrajn se jiddeċiedu għalik” biex tħeġġeġ lin-nies jivvutaw.
Fl-Unjoni Ewropea, id-demokrazija tista’ tidher ovvja għalina llum. Iżda dan mhux dejjem kien il-każ. Id-demokrazija hi rigal prezzjuż mgħoddi lilna mill-ġenerazzjonijiet preċedenti.
Issa hi r-responsabbiltà tagħna li nżommuha, biex nagħmluha aktar b’saħħitha u ngħadduha lill-ġenerazzjonijiet li ġejjin. L-aktar mod effettiv biex dan isir hu permezz tal-votazzjoni - minħabba li aktar ma n-nies jivvutaw, aktar issir b’saħħitha d-demokrazija.